Bi preżentazzjoni ta’ Clare Agius, Keith Demicoli u Moira Delia, it-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika ġiet fi tmiemha hekk kif Gianluca Bezzina rebaħ din l-elezzjoni bil-kanzunetta Sabiħa.

Drakard u Lisa kklassifikaw fit-tieni post bil-kanzunetta Jekk Mhux Int filwaqt li Jasmine Abela kklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta M’hawnx bħalek.

Ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika kien Kurt Calleja bil-kanzunetta Bla Tarf, filwaqt li Glen Vella rebaħ l-ewwel edizzjoni bil-kanzunetta Ħarsa Biss.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks