Illum huwa jum speċjali għall-kantanta u attriċi Lorna Fiorini, għaliex huwa l-jum ta’ għeluq sninha.

F’dan il-jum, Lorna qed titlob rigal speċjali u li jfisser ħafna għaliha.

Is-sena l-oħra, Lorna tat is-sehem tagħha fl-Istrina billi marret tirrispondi t-telefonati u għaddiet messaġġ, x-xewqa tagħha hi li fl-edizzjoni li jmiss, minbarra dan, tkun tista’ tippreżenta ċekk, li jikkontribwixxi fl-għajnuna li l-Community Chest Fund tagħti lil eluf ta’ nies.

Għaldaqstant, Lorna, li hija wkoll tingħata l-għajnuna mill-Community Chest Fund wara li kellha tiffaċċja l-isfida tal-kanċer, qed titlob lilek li qed taqra dan l-artiklu biex tgħinha tagħmel differenza pożittiva lil eluf ta’ nies oħra.

Tista’ tagħmel dan billi tibgħat donazzjoni direttament lill-Malta Community Chest Fund fuq:

Bov Moble to Mobile fuq in-numru tal-MCCF – 79359565
MCCF BOV bank – iban: MT06VALL22013000000040018344349
MCCF HSBC bank – iban: MT76MMEB44163000000016209116001

jew jekk inkella fuq ir-Revolut ta’ Lorna (99031062) u tingħata irċevuta.

Bħala nota ikteb (Lorna Fiorini).

Bday ieħor nirringrazzjaw ‘l Alla u llum ħa nirċievi ħafna awguri, imma l-isbaħ awgurju u rigal għalija dis-sena hu li tagħtu donazzjoni (anki ċkejkna) lill-Malta Community Chest Fund. Nixtieq nagħtihom lura permezz ta’ ċekk li ħa nippreżenta fl-Istrina, xi ħaġa żgħira milli qed ituni. Kif tafu huma jħallsuli l-maintenance treatment li jiswa ħafna flus.
Lorna Fiorini

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks