Waqt Sibtek li jmiss il-mistiedna se jkunu Anna Azzopardi, Dominic Cini, Anne Camilleri (Miss Malta 2023) u Ilona Sciberras.

Ritratt: JJ Chircop

Bħal dejjem, il-mistiedna se jgħaddu minn bosta sfidi li żgur se tieħu gost tara u naturalment, xi daħka tajba ma tonqosx!

Dominic u Anna se jgħaddu minn prank call u mhux biss! Għax din id-darba anke Josmar kellu ċajta li mhu se jinsa qatt!! Fl-aħħar kien imiss lilu wkoll!!!

Ritratt: JJ Chircop

Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks