Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa u nhar It-Tlieta 4 ta’ April jista’ jsir hekk:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum (tal-anzjani)* ftit passi ‘l isfel minn naħa ta’ wara tal-Iskola Primarja taż-Żurrieq li nhar Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm. Din is-sessjoni se ssir fiċ-Ċentru Pastorali minflok fil-Mobile Blood Donation Unit.
  • Fiċ-Ċentru Pastorali Familja Mqaddsa, żona tas-Sagħjtar*, li nhar Il-Ħadd 2 t’April se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm. Din is-sessjoni se ssir fiċ-Ċentru Pastorali minflok fil-Mobile Blood Donation Unit.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 4 t’April se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks