F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, dalgħodu Bjorn stqarr li dan l-aħħar sar ibati ħafna meta jivvjaġġa minn post għal ieħor.
Stqarr li mhux l-ewwel darba li jkun qed jifga u jkun meħtieġ li jingħata l-ewwel għajnuna.
Madankollu, Bjorn ma jħallix din il-battalja taqtagħlu qalbu! Tant hu hekk li din is-sena, flimkien mat-tim tiegħu qed iduru l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex.
“Il-ħajja mhi faċli għal ħadd. Kulħadd b’xi saram. Kulħadd bil-problema tiegħu. Iżda taqta’ qalbek qatt… kompli għaddej… kompli ġġieled… u emmen li ħa tasal! Kuraġġ! Tħallix id-duluri li għandek iwaqqaflek ħajtek!” saħaq Bjorn.
Fl-aħħar nett huwa fakkar fil-ftuħ ta’ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, li se jsir fl-4 ta’ Mejju.
Ikkumenta
