18-il sena ilu, lil Antoine sabulu tumur f’rasu.

Uliedu jirrakkuntaw kif flimkien ma’ ommhom, kien ikollu bżonn imur l-Ingilterra għal ħafna operazzjonijiet u trattamenti li ma kinux jistgħu jsiru f’Malta.

Sfortunatament, Antoine m’għadux magħna, iżda wliedu jistqarru li kien jgħożż il-familja ta’ Puttinu, li tant kienet ta’ għajnuna kull meta kien hemm bżonn li jitla’ l-Ingilterra għall-kura.

Jistqarru li kieku ma kienx Puttinu, żgur li kienu jgawdu lil missierhom għal inqas żmien.

Il-papà llum m’għadux muġugħ u żgur qiegħed f’post aħjar man-nannu u n-nanna. Fil-Ġimgħa l-Kbira, agħmlu bħalna, agħtu d-donazzjoni tagħkom.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks