Inqas minn ġurnata ‘l bogħod mill-maratona b’risq Puttinu Cares, il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu laqqagħtna ma’ Isaac.

F’settembru tal-2021, Isaac ħa dak li hu jsejjaħlu bħala “l-ikbar xokk ta’ ħajti” hekk kif sar jaf li kellu lewkimja.

Kien għad kelli 20 sena. Kienet triq mimlija sfidi. Apparti l-aħbar tal-kanċer, tieħu diversi aħbarijiet oħra negattivi waqt it-trattament u xi kultant tħossok qisek ma tkunx taf jekk intix se toħroġ minnha qawwi u sħiħ.

Isaac għamel sitt xhur jieħu t-trattament Mater Dei u erba’ xhur Londra biex isirlu trapjant tal-mudullun.

Għalkemm kienet triq twila, sibt ħafna għajnuna li taffietli l-piż, fostom kien hemm Puttinu. Kienu huma li tawna l-appartament li għamilna fih erba’ xhur flimkien ma’ familji oħra li kienu qed jirċievu t-rattament fl-istess blokka.

Illum il-ġurnata, Isaac jinsab tajjeb u f’saħħtu, u qed ikompli l-istudji tiegħu, fil-fatt, jinsab fit-tielet sena tal-kors tal-mediċina.

Fit-12 ta’ Marzu li għadda, Isaac għalaq 22 sena u waqt li kien qed jiċċelebra ma’ sħabu ddeċieda li jiġbor għal Puttinu.

irnexxieli niġbor, flimkien ma’ sħabi, is-somma ta’ €1050. Kunu ġeneruzi Fil-Ġimgħa l-Kbira. Agħtu kemm tifilħu sabiex dawk kollha li jiġu bżonn għall-inqas ikollhom rashom mistrieħa li ħa jsibu l-għajnuna. Grazzi ħafna!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks