Kulħadd jaf x’jagħmel Puttinu Cares, iżda kont taf minn fejn beda?

B’tant emozzjoni, imħabba u fidi, iż-żewġ persuni li huma deskritti minn eluf ta’ nies bħala ż-żewġ anġli ta’ Puttinu Cares, Rennie Zerafa u Angele Cuschieri, jirrakkontaw l-istorja wara Puttinu Cares.

Flimkien mat-tim kollu ta’ Puttinu Cares, Rennie u Angele jservu ta’ pilastri għal eluf ta’ persuni li jsibu ruħhom fi żmien diffiċli ħafna f’ħajjithom.

Puttinu Cares jagħti ħafna aktar minn akkomodazzjoni, jagħti imħabba, sigurtà u fuq kollox, serħan il-moħħ. Puttinu Cares huwa r-raġġ ta’ dawl f’mina mudlama.

Jekk għadek ma segwejtx l-istorja ta’ Puttinu, nissuġġerulek li ssegwiha, ħalli tifhem il-kobor ta’ din l-organizzazzjoni, ta’ dawn in-nies tant iddedikati tant li jagħtu ħajjithom, saħħithom u mħabbithom lil ħaddieħor.

Int ukoll tista’ tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja ta’ ħafna! Agħti d-donazzjoni tiegħek permezz ta’ dawn in-numri:

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks