F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn esprima b’tant imħabba, is-sodisfazzjon u l-ferħ tiegħu għall-kisba tal-għażiża martu Maria.

Fost il-ħidma li twettaq ta’ kuljum Maria, kemm ma’ Bjorn kif ukoll mar-residenti ta’ Dar Bjorn, irnexxielha wkoll tkompli bl-istudji tagħha u tiggradwa!

“Kemm jien kburi bik qalbi! Inħobbok immens! Naf kemm ħdimt għal din il-gradwazzjoni u kemm għamilt sagrifiċċji biex tlaħħaq ma’ DAR Bjorn, mal-masters, miegħi u DAR. Bravissima,” qal Bjorn lil Maria.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Maria għal din il-kisba!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks