Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti tad-demm nhar il-Ħadd 23 ta’ April jista’ jsir hekk:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. .
  • Fiċ-Ċentru Ċiviku, fil-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi li nhar il-Ħadd 23 t’April se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm. Din is-sessjoni se ssir fil-Ċentru minflok fil-Mobile Blood Donation Unit.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 23 t’April se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sal-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa (esklużi l-festi pubbliċi).

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks