F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Angele De Leuw Muscat, talbet l-għajnuna tal-pubbliku wara l-aħbar mhux daqstant sabiħa li għadha kemm irċeviet.

Angele, li minkejja l-isfidi diffiċli li tiffaċċja f’ħajjitha, tikkumbatti l-battalja tal-kanċer b’tant pożittività u qawwa ġewwinija, spjegat li nhar il-Ġimgħa li għadda rċeviet l-aħbar li t-tumur ta’ sidirha reġa’ beda jikber kif ukoll qed jidhru żewġ tumuri ġodda f’moħħha.

Hija spjegat li għalkemm kienet diffiċli għaliha biex tipproċessa din l-aħbar, iddeċidiet li tilqa’ dak kollu li ġej b’imħabba. “Jien ċerta li l-univers qed jaħdem fl-aħjar interess tiegħi u għalhekk se nafda f’dan il-proċess b’mod sħiħ.”

Fid-drabi li Angele tkellmet pubblikament dwar il-battalja tagħha, semmiet kemm irtir li kienet attendiet kien għenha ħafna tant li għamlet progress kbir fiżikament.

Minkejja li medikament, qalulha li tista’ ma timxix aktar u fadlilha sentejn biss ħajja, permezz tal-meditazzjoni, teknika li tgħallmet mill-irtir, Angele mhux biss għadha timxi, iżda tgħid li fejqet ukoll il-fwied.

Għaldaqstant, Angele qed titlob l-għajnuna tiegħek biex tkun tista’ tattendi żewġ irtiri oħra, f’Lulju u f’Awwissu ta’ din is-sena bit-tama li jgħinuha tfiq kompletament u tkompli tgħix ħajjitha.

Angele dejjem tisħaq li hi determinata li tibqa’ tgħix u ma tħalli xejn jaqtagħlha qalbha milli tkompli tagħmel dak li tista’ biex tgħix.

Tista’ tgħin lil Angele billi tibgħat id-donazzjoni tiegħek minn hawn taħt:

Jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks