Tifel ta’ 13-il sena meqjus bħala eroj wara li rnexxielu jżomm 66 student qawwijin u sħaħ hekk kif intervjena f’dik li setgħet kienet traġedja fatali f’Michigan, l-Istati Uniti.

Mingħajr ma ħasibha darbtejn, Dillon Reeves, qam u mar jiġri ħdejn ix-xufiera hekk kif intilfet minn sensiha waqt li kienet qed issuq ix-xarabank tal-iskola, ħa l-isteering f’idejh u rnexxielu jwaqqaf ix-xarabank b’mod sikur fin-nofs tat-triq.

F’filmat li ġie ppubblikat mill-midja barranija, ix-xufiera tidher tibgħat messaġġ permezz tar-radju li ma kinitx qed tħossha sew, iżda ntilfet minn sensiha qabel ma laħqet waqqfet ix-xarabank.

Kien proprju f’dak il-mument li t-tifel intervjena u rnexxielu jwaqqaf ix-xarabank milli taħbat.

Għalkemm ix-xufiera ġiet f’tagħha meta waslet l-għajnuna medika, ittieħdet l-isptar għal aktar testijiet u osservazzjoni filwaqt li t-tfal kollha li kienu fuq ix-xarabank setgħu jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ grazzi għall-eroj żgħir, Dillon Reeves.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks