Permezz ta’ kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-kantanta Celine Agius tkellmet dwar sitwazzjoni li għaddejja minnha bħalissa hi u kantanti oħrajn.

Flimkien ma’ screenshot li tellgħet, li juri risposta ta’ xi ħadd li staqsietu jekk għandux spazju disponibbli għal gig, Celine qalet li llum il-ġurnata l-mużika tużaha biex tieħu gost u tirrilassa u fuq kollox biex tipprova taqla’ “lira” għaliha u għall-familja tagħha.

Il-kantanta qalet li qabel kienet toħroġ ħafna flus għall-mużika għall-apparat u biex toħroġ xi kanzunetta. “Ma ħadt xejn minn dan kollu. Illum il-prijoritajiet tiegħi huma differenti u l-ewwel prijorità hi li jien u dawk li nħobb ngħixu kemm jista’ jkun komdi meta u jekk ikun possibbli,” żiedet tgħid.

Immorru nsaqqfu wiċċna biex indoqqu ġo diversi bars u nagħmlu gigs…però tal-mistħija kif il-kantant/mużiċist huwa stmat hawn Malta…hija umiljanti kif iġiegħluk tħossok li qishom qed jagħmlulek pjaċir.
Celine Agius

Celine qajmet ukoll il-punt dwar li skont il-fehma tagħha, xi sidien ta’ bars, restoranti u oħrajn jagħżlu dejjem l-istess nies u ma jagħtux ċans lil uċuħ differenti. Filwaqt li għamlitha ċara li mhijiex kontra li min hu kapaċi jibqa’ jingħata d-dawl li jixraqlu, saħqet li hemm nies oħrajn li għandhom il-kapaċitajiet tagħhom u għandhom x’joffru wkoll.

Ftakru li kulħadd għandu familja x’jitma. Imbilli tagħtu ċans lil nies oħra mhux se tagħmlu ħsara.. hawn diversi nies kapaċi. M’hemmx għalfejn noqogħdu nitkarrbu qisna tallaba.
Celine Agius

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks