Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju, l-għoti tad-demm jista’ jsir hekk:
- Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
- Fis-Sala San Girgor, fi Ġnien San Girgor, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Iż-Żejtun, li nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm.
- Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 7 ta’ Mejju se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.
Noti importanti ħafna:
- Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
- Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
- Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.
Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu fuq 80074313. L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa (esklużi l-festi pubbliċi).
Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.
Ikkumenta
