Waqt it-tieni semifinali tas-67 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, 10 minn 16-il parteċipant għaddew għas serata finali ta’ nhar is-Sibt 13 ta’ Mejju, ippreżentata minn Julia Sanina, Graham Norton, Hannah Waddingham u Alesha Dixon.
L-għaxar pajjiżi li se jkunu fost is-26 pajjiż li se jikkompeti fis-serata finali huma l-Albanija, Ċipru, l-Estonja, il-Belġju, l-Awstrija, il-Litwanja, il-Polonja, l-Awstralja, l-Armenja u s-Slovenja.
B’kollox, f’din l-edizzjoni se jkunu ħadu sehem 37 pajjiż. Il-Bulgarija, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq huma l-pajjiżi li mhumiex se jipparteċipaw din is-sena.
Ir-rappreżentanti tas-26 pajjiż finalist se jkantaw f’din l-ordni:
- L-Awstrija
- Il-Portugall
- L-Iżvizzera
- Il-Polonja
- Is-Serbja
- Franza
- Ċipru
- Spanja
- L-Iżvezja
- L-Albanija
- L-Italja
- L-Estonja
- Il-Finlandja
- Iċ-Ċekja
- L-Awstralja
- Il-Belġju
- L-Armenja
- Il-Moldova
- L-Ukrajna
- In-Norveġja
- Il-Ġermanja
- Il-Litwanja
- L-Iżrael
- Is-Slovenja
- Il-Kroazja
- Ir-Renju Unit
Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li għaddiet kienet l-Ukrajna, li ġiet irrappreżentata mill-grupp mużikali Ukren Kalush bil-kanzunetta Stefania. Minħabba s-sitwazzjoni tal-gwerra li tinsab fiha l-Ukrajna, ġie deċiż li l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena jsir f’Liverpool, u li proprju minn dan ħareġ l-islogan ta’ din is-sena “United by Music”.
