Ir-rappreżentanta tal-Iżvezja Loreen rebħet is-67 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Tattoo.

L-Iżvezja rebħet il-festival b’583 punt filwaqt li mhux b’wisq inqas punti, il-Finlandja kklassifikat fit-tieni post b’526 punt.

Viċin ukoll fil-punti kienu l-Iżrael u l-Italja, għaliex filwaqt li l-Iżrael ikklassifika fit-tielet post b’362 punt, l-Italja kklassifikat fir-raba’ post b’350 punt.

Din hija s-seba’ rebħa tal-Iżvezja, li tfisser li l-Iżvezja issa qed taqsam ir-rekord mal-Irlanda għall-aktar rebħiet tal-Eurovision Song Contest ta’ kull żmien.

Iżda dan mhuwiex l-uniku rekord, għaliex din hija t-tieni darba li Loreen rebħet il-Eurovision, għaliex fl-2012, rebħet il-festival f’Baku, l-Ażerbajġan, bil-kanzunetta Euphoria. Dan jagħmilha t-tieni artista fl-istorja li rebħet darbtejn il-Eurovision Song Contest, wara li Johnny Logan kien rebaħ darbtejn għall-Irlanda fis-snin 80.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks