Tħabbret il-mewt tal-fotografu sportiv Paul Zammit Cutajar fl-età ta’ 71 sena.

Paul Zammit Cutajar kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa fotografi sportivi f’Malta għal bosta snin, u x-xogħol tiegħu ġie rikonoxxut diversi drabi.

Fost diversi unuri, Paul Zammit Cutajar ingħata l-unur tal-International Olympic Committee – Sport and Art fl-2014 kif ukoll bħala l-Fotografu Sportiv tas-Sena fl-2013 u l-2015 fil-Malta Journalism Awards.

Il-karriera tiegħu fil-fotografija sportiva bdiet fl-2007 u matul is-snin, huwa ħadem f’diversi mumenti sinifikanti fil-qasam sportiv, fosthom il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA u l-finali tal-UEFA Champions League. Huwa kien ukoll il-fotografu uffiċjali tal-Malta Football Association.

Lil hinn mill-qasam sportiv, Paul Zammit Cutajar kiej magħruf għall-ħiliet artistiċi oħra. Minbarra li kien mużiċist, huwa kien involut fil-Malta Eurovision Song Contest, kif ukoll kiteb kanzunetti għall-Malta Eurovision Song Contest għal Ira Losco, Claudette Pace u Gianni Zammit fost oħrajn.

Bosta personalitajiet minn oqsma differenti qed jesprimu n-niket tagħhom għall-aħbar tal-mewt tiegħu fuq il-midja soċjali filwaqt li jsellmu l-memorja tiegħu.

Insellmu l-memorja ta’ Paul Zammit Cutajar u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks