Xi ħaġa li ma kinitx mistennija mis-segwaċi ta’ Liquorish, kienet dik li jingħaqad parteċipant ġdid fl-avventura wara l-eliminazzjoni ta’ David, li qanqlet tant emozzjonijiet.
Waqt is-seba’ programm tad-19-il edizzjoni ta’ Liquorish, b’sorpriża anki għall-parteċipanti, ingħaqad parteċipant ġdid, Clint.
Għalkemm s’issa jidher li sejjer tajjeb mal-parteċipanti l-oħra, il-parteċipazzjoni tiegħu fi stadju fejn il-parteċipanti diġà esperjenzaw diversi mumenti u sfidi mill-avventura, li wħud minnhom għenu biex isiru jafu u jsiru aktar qrib ta’ xulxin, taf toffri sfida mhux daqstant faċli.
Erġa’ segwi s-seba’ programm tad-19-il edizzjoni ta’ Liquorish, ippreżentat minn Andrea Cassar, li jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-20:35 fuq ONE.
Int x’deherlek mill-programm tal-bieraħ?
