Waqt Sibtek li jmiss il-mistiedna li se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar se jkunu Maxine Pace, Joseph Borg (Ġorġ tad-Doughuts), Olivia Saliba Cauchi (Mummy in a Hurry) u Sarah Grech.

Maxine Pace se jkollha prank call li mhux se tistenna żgur u tinvolvi l-friefet!

Joseph Borg se jiltaqa ma’ kollega tax-xogħol u se nsiru nafu dwar il-ġurnata tipika tiegħu.

Olivia Saliba Cauchi u Sarah Grech huma it-tnejn influencers u waħda minnhom se jkollha sorpriża ta’ persuna li ġiet mill-Amerika għaliha.

U ovvjament, il-mużika live minn Christian Arding ma tonqosx waqt Sibtek!

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks