Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti tad-demm nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju jista’ jsir hekk:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-binja ta’ maġenb il-Knisja tas-Salib Mqaddes, Żona Sant Andrija, Żabbar li nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 21 ta’ Mejju se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Ġib miegħek il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Ixrob l-ilma qabel id-donazzjoni tad-demm.
  • Il-maskra hi meħtieġa.
  • Tilbisx kmiem issikkati.

Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu fuq 80074313. L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa (esklużi l-festi pubbliċi).

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks