Kacey Sciberras hija t-tfajla ta’ 17-il sena li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

L-inċident, li l-vittma kienet involuta fih seħħ meta s-sewwieq ta’ 20 sena, għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt u f’arblu, tant il-karozza ġarrbet ħsarat kbar.

F’rapport minn TVMNews intqal li fil-karozza kien hemm passiġġiera oħra ta’ 17-il sena. Kemm is-sewwieq kif ukoll il-passiġġiera ttieħdu l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofru minn ġrieħi gravi.

F’kitba, il-Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri San Pawl il-Baħar AD 1969, sellem il-memorja ta’ Kacey Sciberras, li kienet membru attiv fil-Kumitat Żgħażagħ Gawhrin.

Filwaqt li ddeskriviha bħala waħda minn uliedu, il-kumitat stqarr li l-aħbar tal-mewt tagħha kienet ħasda kbira.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks