F’filmat imtella’ minn NET News, viżibilmet emozzjonat, il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea esprima n-niket u l-frustrazzjoni tiegħu wara l-inċident tat-traffiku li seħħ fis-sigħat ta’ bikrin ta’ dalgħodu.

Huwa rrefera għat-triq fejn seħħ l-inċident bħala “black spot” u qal li ilhom “jiġru wara Transport Malta biex isiru speed cameras.

“Xbajna niġru wara Transport Malta biex jagħmlu l-ispeed cameras. Ara x’ġara llum. Tal-mistħija. Imisshom jistħu.”

Il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea

Il-Kunsillier Laburista Victor Galea qal li l-Ħadd filgħodu din it-triq issir trakka tal-muturi u meta jkun hemm id-discos, l-ispeed jitla’ 150 u 180 matul il-lejl.

Żied jgħid li bħala Kunsill kellhom laqgħa l-kunsilliera miż-żewġ partiti mal-Ministeru u għamlu pressjoni fuq Transport Malta biex isiru l-ispeed cameras iżda għadhom ma sarux.

“Għadhom qed jagħmlu l-istudju. Dan il-lejl sar l-istudju. Tal-mistħija. Tifla bħal dik. Mhux sewwa.”

Il-Kunsillier Laburista ta’ Ħ’Attard Victor Galea

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Kacey Sciberras, ta’ 17-il sena, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks