Filmat imtella’ fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali ta’ Love Island Malta juri lil Kyle jagħti l-ewwel kummenti tiegħu wara li Sabrina telqet mill-villa ta’ Love Island Malta.

Kemm bħala koppja kif ukoll bħala personalitajiet individwali, Kyle u Sabrina huma fost il-favoriti tas-segwaċi ta’ Love Island Malta.

Dik li huma dejjem sejħu bħala ħbiberija, li nibtet fl-ewwel ġimgħa ta’ dan il-programm ġibdet is-simpatija ta’ ħafna, tant li t-tluq ta’ Sabrina mill-villa kien ta’ diżappunt u qabbeż ukoll xi demgħa!

Fil-filmat, Kyle qal li Sabrina kienet l-iktar waħda li żżomhom magħqudin. Minbarra li kienu jidħlu ħafna, qal li Sabrina kienet kapaċi tisma’ ħafna, u issa li hemm wisq vojt mingħajrha.

“Nispera li kuntenta bid-deċiżjoni li ħadet, jekk hekk kien hemm bżonn. Nemmen ħafna bid-destin u forsi anki għalija, hemm xi ħaġa aħjar tistennieni wara din tal-lum,” stqarr Kyle.

Sabrina, kun af li wara li noħroġ minn hawn, mill-ewwel ħa niġi nfittxek, ħa nsibek, ħa nitkellmu, ħa nara li int orrajt u li kienet l-aħjar deċiżjoni.

Fil-messaġġ li wassal lil Sabrina, Kyle qalilha wkoll li fil-villa kullħadd iħobbha ġenwinament, inkluż hu.

Kyle irringrazzja wkoll lil Sabrina u qalilha li kieku ma kienx hemm hi fil-bidu ta’ din l-avventura ma jafx jekk kienx jirnexxilu jagħmilha.

X’taħseb dwar ir-reazzjoni ta’ Kyle?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks