Fl-ewwel reazzjoni tagħha fuq il-midja soċjali minn wara li telqet mill-villa ta’ Love Island Malta, Sabrina Grima esprimiet il-gratitudni tagħha għas-sapport li ngħatat mill-pubbliku Malti.

Ma nistax nesprimi kemm jien grata għall-kummenti u l-messaġġi sbieħ u s-sapport tagħkom. Grazzi ħafna lilkom ilkoll.

Sabrina, li l-personalità tagħha kienet waħda mill-favoriti tal-pubbliku, stqarret li ħasset il-bżonn timxi ma’ dak li qalbha verament kellha bżonn u iktar minn hekk, tieħu ħsieb is-saħħa mentali tagħha. “Tassew kuntenta li erġajt lura għal ħajti u r-rutuna għax din hi jien.”

Madanakollu, Sabrina ddeskriviet il-vjaġġ qasir tagħha fuq Love Island Malta bħala esperjenza sabiħa li se tibqa’ ġġorr dejjem f’qalbha, u li m’għandha l-ebda dispjaċir. “Sibt familja ġdida hemmhekk, u ħa nħoss in-nuqqas tal-kru mill-aqwa li ħa ħsiebi u sħabi kollha fil-villa.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks