F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook, it-tim tar-restorant Irrera, li jinsab Ta’ Xbiex, ħabbar li fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, minħabba ċirkostanzi li ma kinux mistennija, se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu għall-aħħar darba.

“Nittamaw li kemm jista’ jkun naraw ħafna minnkom fl-aħħar jiem tagħna. Dan il-kapitlu ta’ ħajjitna se jintemm b’mod permanenti nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju,” kiteb it-tim.

Filwaqt li qal li jinsab kburi b’dak li kiseb fis-snin li għaddew, it-tim ta’ Irrera rringrazzja lill-klijenti lejali tiegħu għall-appoġġ kontinwu matul is-snin. “Kien tassew il-pjaċir tagħna li nservukom”

“Fl-aħħar nett, grazzi lill-istaff leali tagħna, tal-passat u tal-preżent, talli kontu parti minn dan il-kapitlu inkredibbli ta’ ħajjitna”.

X’memorji għandek ta’ dan ir-restorant?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks