Il-Viċi Sindku ta’ Ħ’Attard Alex Mangion appella lil Transport Malta u l-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jieħdu bis-serjetà s-sigurtà taċ-ċittadini fit-toroq.
F’kummenti li ta lil Skoperta, Alex Mangion qal li l-kunsill ilu mill-aħħar tal-2021 jagħmel pressjoni biex isiru l-ispeed cameras.
Qal li r-risposta li ħadu kull meta kellmuhom kienet li qed issir evalwazzjoni.
Huwa spjega li minħabba li m’hemmx speed cameras, qed ikun hemm sewqan b’veloċità eċċessiva fis-central link.
“Għalkemm l-ispeed cameras ma jsolvux kompletament il-problemi li r-residenti qed jiffaċċjaw, iżda huwa pass meħtieġ u importanti fid-direzzjoni t-tajba,” saħaq Alex Mangion.
Żied jgħid ukoll li biex wieħed jaqsam minn hemm, ikun qed jissogra ħajtu għaliex m’hemmx zebra crossing.
