F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Jason Sciberras, missier Kacey Sciberras, li fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard, sellem il-memorja ta’ bintu.
Jason Sciberras irrefera għal bintu bħala “fjura sabiħa” minn ġewwa u minn barra, u li kienet tar-rispett u taf tħobb.
“Issa fjura tagħna, mort mal-fjuri sbieħ l-oħra tal-Mulej,” tenna missier Kacey filwaqt li qal li hu, ommha, ħuha, in-nanna u dawk kollha li jħobbuha, “se nibqgħu nħobbuk, sakemm nerġgħu niltaqgħu.”
F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu l-memorja ta’ Kacey Sciberras u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.
Ikkumenta
