Mument waqt il-programm Illum ma’ Steph li żgur nissel tbissima fuq fomm is-segwaċi, kien xħin Stephanie kissret il-mejda!
Bil-professjonalità u l-passjoni tagħha, il-preżentatriċi tant maħbuba mill-Maltin Stephanie Spiteri, iżżomm kumpanija lis-segwaċi tal-programm Illum ma’ Steph mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Flimkien mal-mistednin li jkollha, Stephanie mhux biss twassal għarfien utli u taħdidiet dwar suġġetti li jolqtu lil kull wieħed u waħda minna iżda dejjem titrażmetti pożittività, imħabba u għalkemm xi drabi anki xi demgħa, xi tbissima ma tonqos qatt.
Waqt li l-mistieden Dr. Michael Spagnol beda jitkellem fuq is-suġġett li kienu qed jiddiskutu, instema’ ħoss hekk kif Steph kienet laqtet il-mejda b’sieqha u kissritha!
Naturalment infaqgħu jidħku t-tnejn li huma!
Ċertament li minbarra l-inċident innifsu, id-daħka ħelwa ta’ Stephanie tnissel ukoll tbissima lil kull min jara dan il-filmat.
Daħka tajba hija fost l-aqwa mediċini!
