Tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-mużika magħrufa bħala “ir-Reġina tar-Rock m Roll”, Tina Turner fl-età ta’ 83 sena.
Il-kantanta, li l-kanzunetti klassiċi tagħha bħal The Best u What’s Love Gost to Do With It għamluha stilla tal-mużika, kienet sofriet numru ta’ problemi ta’ saħħa f’dawn l-aħħar snin fosthom kanċer, puplesija u insuffiċjenza tal-kliewi.
Hija mietet fid-dar tagħha f’Küsnacht qrib Zurich, l-Iżvizzera.
Tina Turner, imwielda l-Amerika, irnexxielha toħroġ minn relazzjoni abbużiva u saret waħda mill-aqwa artisti tal-mużika ta’ kull żmien.
Bdiet il-karriera tagħha fis-snin 50 matul is-snin bikrija tar-rock and roll.
Ikkumenta
