F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Patri Aaron Zahra qasam ħsieb riflettiv dwar is-saħħa mentali.
Sfortunatament, ħafna mhumiex konxji biżżejjed kemm dak li ngħidu u nagħmlu jista’ jħalli impatt fuq ħaddieħor, ħafna drabi, jista’ jkun wieħed negattiv ħafna.
Patri Aaron tkellem dwar il-fatt li anki b’sempliċiment kelma, jew b’kumment fuq Facebook, tista’ tkisser persuna mentalment. Daqstant ieħor jekk tagħżel li tinjora lil xi ħadd.
Dwar il-midja soċjali, waħda mill-ikbar sfidi li d-dinja qed tiffaċċja fejn tidħol is-saħħa mentali, Patri Aaron qal li l-użu ħażin tal-midja soċjali huwa arma daqs sikkina jew pistola u jista’ joqtol persuna.
Għaldaqstant, Patri Aaron appella biex wieħed jaħseb sew qabel jikteb, jitkellem jew jaqsam aħbar, “għax kapaċi toqtol internament lil xi ħadd.
Żied jgħid li dik il-persuna taf tkun għaddejja minn perjodu ħażin jew mard mentali, u b’kumment jew azzjoni, tista’ tkissirha minflok tgħinha.

