Il-mistednin li se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar waqt Sibtek li jmiss se jkunu Ernest Camilleri, Terence Abela – Mr. Malta, Eliana Gomez Blanco u Alexia Micallef – Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu.

Ritratt: JJ Chircop
Ritratt: JJ Chircop
Ritratt: JJ Chircop
Ritratt: JJ Chircop

Il-ħajjat Ernest Camilleri, għalkemm huwa ħabib kbir ta’ Josmar xorta ma’ għarfux meta ċempillu u għamillu ċajta! Belagħha sa griżmejh!

Ritratt: JJ Chircop

Rocco ta’ Ryan u Josmar se jiltaqa’ mal-imħabba ta’ ħajtu waqt dan il-programm… ħelwin wisq!

Bħal dejjem, il-mużika live minn Christian Arding ma tonqosx!

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks