F’kitbiet emozzjonanti u mimlija mħabba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Casper De Leuw Muscat, ir-raġel ta’ Angele De Leuw Muscat, qed jitlob lill-poplu Malti biex iżomm lil martu fi ħsibijietu u jwasslilha enerġija pożittiva u mħabba.

Angele De Leuw Muscat, li issa hija wiċċ familjari, ilha dawn l-aħħar snin tissielet mal-marda tal-kanċer, u riċentament, riżultati ikkonfermaw li dehru tnejn oħra.

Madankollu, Angele baqgħet dejjem pożittiva u determinata li tagħmel kull ma tista’ biex tkompli tgħix ħajjitha flimkien ma’ żewġha u uliedhom.

Bħalissa, Angele qed tiġġieled il-ġlieda ta’ ħajjitha, u tinsab fi stat kritiku, fejn xi drabi ma tkunx f’sensiha, ħabbar żewġha Casper De Leuw Muscat, li bl-istess determinazzjoni ta’ martu, u b’ħafna mħabba, qed jagħmel kull ma jista’ biex jgħinha terġa’ lura.

F’appell emozzjonanti, ir-raġel ta’ Angele appella lill-poplu Malti biex jgħożż lil Angele f’qalbu u jżommha fi ħsibijietu, u jwasslilha enerġija pożittiva u mħabba, kif ukoll jemmen li tiġi lura biex tkompli taqsam il-pożittività tagħha ma’ kulħadd.

Fi ħsibijietna Angele, il-familja De Leuw Muscat u dawk kollha qrib tagħkom.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks