Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti tad-demm nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju jista’ jsir hekk:
- Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
- Fl-Oratorju Marija Immakulata, 58, Triq it-Torri, il-Mosta, li nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm.
Noti importanti ħafna:
- Ġib miegħek il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
- Ixrob l-ilma qabel id-donazzjoni tad-demm.
- Il-maskra hi meħtieġa.
- Tilbisx kmiem issikkati.
Hu rakkomandat li dawk interessati jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu fuq 80074313. L-appuntamenti jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa (esklużi l-festi pubbliċi).
Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.
Ikkumenta
