Wara li l-ġimgħa li għaddiet, ir-raġel ta’ Angele, Casper De Leuw Muscat qasam l-aħbar li Angele kienet fi stat kritiku, ilbieraħ qasam aħbar isbaħ u li tirrifletti t-tama li hu u martu dejjem jisħqu fuqha.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Casper De Leuw Muscat irrakkonta kif ilbieraħ kienet l-iktar ġurnata li Angele kienet ħafna aħjar mill-istat li kienet fih sitt ijiem ilu, fejn kien qed ikollha ħafna mumenti li ma kinitx qed tkun f’sensiha.

Matul dawn l-aħħar ijiem, kuljum kien hemm xi forma ta’ titjib, bdiet tkun aktar konxja, tiekol aktar u anki tikkomunika aħjar, iżda lbieraħ mhux biss l-iktar darba li kielet, imma rnexxielha tiekol ukoll waħedha.

Żewġha stqarr li għalkemm is-sitwazzjoni tagħha għadha fraġli, u qed jeħduha ġurnata b’ġurnata, qed jipprepara biex meta jkun possibbli, jieħu lil martu lura d-dar.

Huwa qal li qed jaħdem sabiex martu jkollha l-kura professjonali u l-għajnuna kollha meħtieġa, fid-dar, fl-ambjent tagħha stess biex ikollha ċans aħjar li tirkupra minn dan kollu.

Ir-raġel ta’ Angele qal li jemmen li flimkien ma’ dawk li qed jagħtuhom is-sapport u l-għajnuna, jemmen li jista’ jsir miraklu.

Dejjem fi ħsibijietna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks