Ilbieraħ fetħu l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa, avveniment li qiegħed isir f’pajjiżna stess. Malta qed tikkompeti b’kontinġent kbir  ta’ atleti. Determinati li nirbħu, intagħżlu l-aqwa atleti fid-dixxiplina rispettiva tagħhom.

Ħafna mill-atleti huma Maltin li twieldu u trawwmu f’pajjiżna. Oħrajn ftit li xejn għandhom rabta ma’ pajjiżna, ħlief li forsi xi antenat tagħhom kien Malti, qabel emigra lejn pajjiż ieħor. 

U hawn qamet id-diskussjoni dwar kemm hu ġust li dawn l-atleti jirrappreżentaw lil pajjiżna. Li ninkludu atleti barranin f’tim nazzjonali mhix issir waqt dawn il-logħob biss, imma rajniha ukoll fi sport ieħor, pereżempju l-futbol. Diġà rajna ammont ta’ futbolers li mhumiex “Maltin” jilbsu l-flokk nazzjonali Malti. U qed nistennew li naraw aktar futbolers jagħmlu dan, anki jew kampjonat importanti taż-żgħażagħ.

Imma wieħed tajjeb li jistaqsi: Dan ġust? Qed ikun ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ Maltin jew qed jittieħdulhom l-opportunitajiet tagħhom? Dawn il-“barranin”, qed jilagħbu għall-“flokk” jew biex jikkompetu f’kompetizzjonijiet li kieku qatt ma kienu se jilagħbu fihom. Hemm opinjonijiet diversi dwar dan.

Bilħaqq, Malta mhix l-unika pajjiż li tħalli atleti li ma twildux fil-pajjiż jirrapreżentaha.

Int x’taħseb dwar dan?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks