Min jaf kemm-il darba ndumu nduru biex insibu post vojt biex nipparkjaw. Darba, tnejn u anki iktar, induru mal-istess erba’ toroq biex forsi nilħqu post vojt. Fl-aħħar tilmaħ wieħed. Tixgħel l-indicator (forsi) u…

L-ispazju li rajt vojt ma tistax tipparkja fih għax:

Riżervat għal persuni b’diżabilità. Dan huwa ġust għaliex min għandu bżonn l-għajnuna ħaqqu jkollu. Imma l-ispazju għall-parkeġġ qiegħed ġurnata vojt. Imma dan jimxi. Imma dan mhux hu b’diżabilità, imma ommu.

Id-diżabilità mhux ta’ kulħadd tidher u l-uġigħ ma jidhirx. Imma kemm aħna żguri li m’hawnx min japplika għal parkeġġ riservat fuq isem xi ħadd tal-familja, biex ikun komdu hu?

Ma tistax tipparkja għax: hemm mutur ipparkjat f’nofs il-kaxxa l-bajda. Idea brillanti! Nixtri mutur irħis (m’hemmx għalfejn inkun naf insuqu) u nressqu fil kaxxa kif inkun se nuża l-karozza. U kif niġi lura, nsib il-parkeġġ malajr. U mela noqgħod indur!

Bilħaqq, mhux bilfors mutur, anki xi kannestru tal-ħaxix, barmil jew siġġu jafu jtuk l-istess riżultat.

U jekk dawk jaħarquk għax taf li huma tustaġni, kemm tinħaraq aktar jekk il-ftit spazji li kien hemm fit-triq, ittieħdu għax poġġejna xi mwejjed għat tali restorant, kafetterija, u iva, anki tal-pastizzi poġġa tnejn.

Ħu paċenzja, u kompli dur. 

Liem huma l-iktar diffikultajiet li ssib meta tiġi biex tipparkja?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks