Fl-ewwel kummenti tiegħu fuq il-midja soċjali wara l-eliminazzjoni ta’ Love Island Malta tal-bieraħ, Nate, irringrazzja lill-poplu Malti tal-kummenti u l-messaġġi sbieħ li rċieva.
Mill-ewwel ftit ġranet ta’ Love Island Malta, Nate kien wieħed mill-kontestanti li l-iktar intlaqgħu tajjeb mill-pubbliku. Fil-fatt, kienu ħafna li ddiżappuntaw ruħhom li ġie eliminat.
Ħafna saħansitra kkummentaw li Nate kien l-aħjar kontestant fil-villa u li ma kienx jixraqlu li jiġi eliminat, minkejja li ma kellux interess li jibni relazzjoni romantika mal-kontestanti li hemm bħalissa.
F’kummenti fuq il-midja soċjali, ħafna qalu li r-raġuni għal dan kienet li bħal Sabrina, Nate kien wisq matur għal mal-kontestanti l-oħra.
F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Nate qal li jinsab kuntent bil-messaġġi u s-sapport li qed jirċievi u li se jagħmel mezz biex iwieġeb lil kulħadd.
Grazzi, grazzi u grazzi tal-kummenti u messaġġi sbieħ li bgħattuli. Kuntent ħafna b’li rċevejt wisq aktar meta naf li mill-bidu sal-aħħar ta’ din l-avventura kont il-karattru li vera jien fir-realta. Illum nagħmel mezz li nirrispondi l-messaġġi kollha li bgħattuli. Is-sapport tagħkom għamilli l-ġurnata ferm isbaħ.

