Fr. David Muscat instab ħati ta’ diskors ta’ mibgħeda mill-Qorti tal-Appell u ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Dan wara li f’kumment fuq Facebook, Fr. David Muscat kien qal li jekk l-akkużat qattiel ta’ Paulina Dembska huwa omosesswali jew bisesswali huwa agħar milli kieku kien possedut mix-xitan.

Fl-isttess kumment, irrefera għall-omosesswalità u l-bisesswalità bħala diżordni u qabel l-orjentazzjoni sesswali flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali ma’ xi ħadd li skont hu jkollu l-pressjoni għolja, zokkor u kanċer f’daqqa.

F’Settembru li għadda l-qorti kienet illiberat lill-qassis mill-akkużi iżda d-deċiżjoni ġiet appellata mill-Avukat Ġenerali.

Huwa dejjem baqa’ jsostni li mhuwiex ħati għall-akkużat miġjuba kontrih.

L-Arċisqof Charles Scicluna kien ħareġ twissija formali lil Fr. David Muscat u tah struzzjonijiet biex fil-fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Fr. David Muscat għamel rimarki dispreġġjattivi fil-konfront ta’ persuni omosesswali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks