Fis-sede tal-Malta Society of Arts fil-Belt Valletta, minn nhar il-Ħamis 8 ta’ Ġunju se tibda tittella’ wirja ta’ pitturi tal-artist Żabbari Alex Dalli.

Wara li diġà esebixxa f’wirjiet oħrajn, l-artist Alex Dalli, din id-darba se jtella’ il-wirja bl-isem ta’ Il-Ħabba tal-Għajn.

F’din il-wirja wieħed jista’ josserva tekniċi u stili differenti illi dan l-artist ta’ esperjenza kapaċi jħaddan. Nistgħu naraw pitturi kemm b’figurattiv kif ukoll oħrajn b’ mod astratt.

Se naraw ukoll pitturi li l-ħsieb tagħhom huwa dwar episodji li l-pittur għadda minnhom matul is-snin, fosthom it-tbatija fit-tfulija.

Il-wirja Il-Ħabba tal-Għajn hija mtella’ mill-kuratur Gabriel Zammit. Din tinkludi ukoll interventi poetiċi minn Michael Zammit.

Inħeġġukom iżżuru din il-wirja illi se tittella’ bejn it-8 u 28 ta’ Ġunju

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks