Ir-ritratt t’hawn taħt ittieħed dalgħodu, il-Ħamis. Munzelli ta’ boroż suwed tara anki bħall-bieraħ filgħaxija.

Skont l-iskeda dawk il-boroż se jinġabru s-Sibt, bejn jumejn u tlieta minn meta nħarġu barra, fix-xemx. Ovvjament, dan iwassal biex il-qtates ikollhom xi jqattgħu u jimlew triq bil-ħmieġ. It-tort żgur mhuwiex tal-qtates, imma ta’ min għadu jagħmel li jfettillu.

Mhuwiex jasal il-messaġġ biex noħorġu l-boroż tal-iskart skont l-iskeda? Mhuwiex qed jitwassal sew?

Jew hawn min ma jimpurtahx? U jekk dan hu l-każ, dawn in-nies qegħdin jisseparaw l-iskart kif suppost?

Int x’taħseb dwar dan?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks