Waqt l-episodju ta’ Love Island Malta tal-bieraħ ħarġu diversi emozzjonijiet u rajna xi ftit jew wisq tibdil li ħafna ma kinux qed jistennew.

Ir-relazzjoni ta’ bejn waħda mill-koppji li rċevew l-inqas ammont ta’ voti mill-pubbliku, Nicola u Dale, ħadet direzzjoni differenti hekk kif ħafna kienu ilhom jistennew, u anki wara pariri ta’ wħud minn sħabha l-kontestanti, Nicola ffaċċjat lil Dale dwar dak li qed idejjaqha u li taħseb li hu ħażin.

Waqt li l-kwistjonijiet ta’ Nicola u Dale għadhom mhux solvuti, b’Nicola tiddeċiedi li tkun miftuħa għal għażliet oħra, wasal il-mument għall-premju tal-isfida tal-bews.

Il-premju għal Nicola, li rebħet din l-isfida, kien li tagħżel kontestant li mhuwiex f’koppja magħha biex imorru lunch date, u Nicola għażlet lil Andriy!

Evidentament, dawn it-tnejn marru tajjeb ħafna flimkien. B’Nicola, tistqarr miegħu sentimenti lejh li ma kinitx uriet qabel.

Spikka wkoll l-entużjasmu ta’ sħabha t-tfajliet dwar din il-fjamma li donnha qed titkebbes!

Imbagħad wasal il-mument tar-recoupling! Din id-darba kien imiss lin-nies li jagħmlu l-għażliet tagħhom. Madankollu, minħabba li Timmy huwa l-aħħar kontestant li daħal bħala bombshell, ingħata ċ-ċans li jagħżel hu qabel kulħadd.

Mument ta’ tensjoni fost uħud mill-kontestanti qabel ma Timmy għażel lil Shanise. Għalkemm huma wkoll għandhom kwistjonijiet għaddejjin li għadhom ma solvewx, Gabby għal darb’oħra reġgħet għamlet lil Sven. Marie Christine għażlet lil Kyle u Chelsea għażlet lil Allen.

Fadal biss Nicola biex tagħmel l-għażla tagħha bejn żewġ kontestanti, Dale u Andriy.

Lil min taħseb li se tagħżel Nicola? U kieku int lil min tagħżel?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks