B’reazzjoni għall-argument li nqala’ bejn Chelsea u Allen waqt l-episodju ta’ Love Island Malta tal-bieraħ, Sabrina qalet li kienet biss bewsa ta’ sekonda u li Chelsea ma kellhiex għaliex tieħu għaliha.

F’filmat imtella’ fuq il-paġna ta’ TVM, Sabrina spjegat kif wara sfida li kellhom, hi u Allen biesu lil xulxin, waqt li ma kinux qed jiġu ffilmjati, bewsa ta’ ħbiberija.

“Kienet bewsa ħelwa, innoċenti, ta’ ħbiberija,” qalet Sabrina filwaqt li żiedet tgħid li Chelsea ma kellhiex għaliex tieħu għaliha.

Dan wara li fl-episodju tal-bieraħ, Chelsea u Allen kellhom argument pjuttost jaħraq minħabba li waqt sfida li kellhom, ġie żvelat li Allen bies lil Sabrina, waqt li ma kinux qed jiġu ffilmjati.

Filwaqt li Chelsea ħadet għaliha, u esprimiet il-fatt li l-iktar ħaġa li dejqitha kienet li Allen ma qalilhiex bil-bewsa u għażel li tkun din il-ħaġa li jiżvela f’din l-isfida, għal Allen din ma kinitx xi ħaġa ħażina għaliex skont hu, il-bewsa ma kienet tfisser xejn.

L-episodju spiċċa bl-argument jeskala ftit mhux ħażin tant li waqfu jitkellmu.

Min taħseb li għandu raġun?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks