Fil-qasam tal-kunsilli lokali, bħalissa qed jiġu proposti żewġ bidliet prinċipali, żewġ bidliet li għalkemm forsi l-għan warajhom hu tajjeb, tajjeb insemmu li jafu jqajmu diskussjoni.

Żgħażagħ ta’ 16-il sena jistgħu jkunu sindki:

Teoretikament xejn ħażin. La bniedem hu eleġibbli biex jikkontesta u l-poplu għażlu biex jirrapreżentah mela għandu jkun. Veru li m’hemmx età maġika fejn bniedem tista’ ssejjaħlu li immatura u lest jerfa’ ir-responsabbiltà, imma għandna ngħabbu żgħażagħ (tfal) ta’ sittax-il sena b’responsabbiltà li ġġorr magħha il-kariga?

Żgħażagħ ta’ 16-il sena huma legalment meqjusa bħala adulti li jistgħu jiffirmaw kuntratti?

Ħaġa oħra li qed tiġi diskussa hija l-gender quota, similli ta’ dak li ġara fl-aħħar elezzjoni ġenerali. X’inhu l-iskop li nivvutaw lin-nisa, meta dawn xorta se jkunu eletti? U jekk hemm mara li ħarġet b’mod indipendenti, is-sistema proposta se tapplika għaliha wkoll, jew din tapplika għaż-żewġ partiti biss?

Jagħmlu sens dawn iż-żewġ bidliet proposti?

Int x’taħseb dwar dan?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks