Kif ħafna mis-segwaċi ta’ Love Island Malta xtaqu, Nicola għażlet lil Andriy.
Minkejja l-kwistjonijiet li kellha ma’ Dale, ħafna ħasbu li xorta waħda se tagħżel lilu.
Fir-raġunijiet tal-għażla tagħha, Nicola qalet li qatt ma ġġib lilha nnifisha l-ewwel, u din id-darba għażlet li ġġib lilha nnifisha l-ewwel u tħoss li għandha ċans ieħor biex tesplora opportunitajiet ġodda u ssir taf lil xi ħadd ġdid.
B’referenza għal Andriy, Nicola qalet li f’jumejn ġiegħelha tħossha kuntenta u li tista’ tkun il-persuna li hi, aktar minn kemm ilha fil-villa.
Taqbel mal-għażla ta’ Nicola?
Ikkumenta
