“Kemm jgħaddi ż-żmien, filli qegħdin il-magħmudija u f’daqqa waħda ħa tagħmel il-preċett,” qalet Michelle dwar bintha Francesca Rausi.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Michelle esprimiet il-ferħ u s-sodisfazzjon tagħha li minn tarbija, qed tara lil bintha tikber f’tifla b’ħafna ambizzjonijiet.

“Il-prinċipessa tagħna tgħallimna kuljum x’inhi l-imħabba vera,” qalet omm Francesca filwaqt li rrakkontat kemm tifraħ u teċita ruħha kif tara l-flus fil-kartolini li qed tingħata.

Dan għaliex bil-flus li qed taqla’ bħala rigali għall-preċett, Francesca se tkun qed tgħin lil Dar Bjorn. “Kemm aħna kburin bik Francesca. Inħobbuk għal dejjem, il-mamà u l-papà.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks