F’għeluq is-sitt xhur minn meta l-ħajja ta’ Jean Paul Sofia nsterqet kiesaħ u biered, ommu Isabelle sellmet il-memorja tiegħu filwaqt li wegħditu li se tibqa’ tiġġieled għall-ġustizzja sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha.

“Sitt xhur illum sabiħ tiegħi. Kull sekonda f’moħħi u f’qalbi, u jekk se tibqa’ sal-aħħar nifs,” kitbet Isabelle filwaqt li żiedet tgħid li se tibqa’ tiġġieled għall-ġustizzja f’isem binha u għal riforma f’isem kulħadd.

“Inwiegħdek li mewtek mhu se tkun qatt għalxejn u qalbek se tibqa’ tħabbat f’regoli ġodda li jevitaw uġigħ etern u li ma nistax niddeskrivi, li ġabu l-vojt, il-bahh u l-firda minn miegħek.”

Isabelle, omm Jean Paul

Sal-lum, sitt xhur wara, omm Jean Paul, il-familja u sħabu għadhom jiġġieldu għall-ġustizzja u r-riforma għall-ġid ta’ kulħadd.

Sal-lum, it-talba tagħhom li tinfetaħ inkjesta pubblika għadha ma nstemgħetx.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks