Żewġ żgħażagħ weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħaxija fi Triq l-Infetti, l-Imdina.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija, irriżulta li t-tfajla ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien, tilfet il-kontroll tal-karozza u waqgħet ġo għalqa madwar sular u nofs għoli.

Fil-vettura kien hemm ukoll Franċiż ta’ 22 sena residenti Marsaskala.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.

Iż-żewġ żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn il-ġuvni ġie ċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks