Sena wara sena tinħoloq din id-diskussjoni. Diskussjoni dwar jekk il-karavans għandhomx dritt jokkupaw xi bajja jew jiġu pparkjati f’post qrib il-baħar.
Diversi kunsilli lokali tkellmu u opponew kemm-il darba li karavans jokkupaw spazju fil-lokalità tagħhom. Ix-xahar li għadda ġie rrapurtat li se tiġi proposta liġi li twaqqaf il-karavans milli jkunu jistgħu jipparkjaw f’żoni li mhumiex qegħdin speċifikament għall-karavans.
Ħafna nies jaqblu li l-karavans mhux posthom u jargumentaw li l-bajjiet huma ta’ kulħadd, u li mhux sew li s-sidien tal-karavans jokkupaw art pubblika għas-sajf (u aktar) kollu. Aktar minn hekk in-nies jistaqsu dwar jekk dawn is-sidien humiex iħallsu kirja talli jużaw art pubblika. Aktar minn hekk, isemmu li ċerti żoni spiċċaw qishom irħula.
Apparti d-dehra xejn sabiħa, ħafna nies jitħassbu dwar x’jiġri mid-drenaġġ li jiġi ġġenerat mill-persuni li jużaw il-karavans, u jistaqsu fejn qiegħed jintrema.
Imma l-munita fiha żewġ naħat.
Is-sidien tal-karavans jargumentaw li għandhom ikollhom post fejn igawdu d-delizzju tagħhom. Isemmu li huma jħallsu l-liċenzja bħal ħaddieħor, u għalhekk għandhom dritt jipparkjaw il-vettura tagħhom. Iżidu jistaqsu dwar x’inhu l-bżonn li dawn il-karavans jiġu impurtati jekk ikun illegali li tgawdihom.
Is-sidien jargumentaw ukoll li huma mhux talli ma jħammġux, imma jnaddfu akwati sħaħ mill-ħmieġ li ħalla warajh ħaddieħor. Dwar id-drenaġġ jissemma ukoll li dan jintrema kif suppost.
Skont int, għandna nibqgħu sena wara sena b’karavans li jokkupaw il-bajjiet tagħna? U jekk le, għandu jinstab post suret in-nies fejn dawn in-nies ikunu jistgħu jgħaddu l-ħin igawdu d-delizzju tagħhom?
X’inhi l-opinjoni tiegħek?
