Kif tista’ tgawdi BBQ li huwa sostenibbli fis-sajf? – Loriana Mazzonello

Kif tista’ tgawdi BBQ li huwa sostenibbli fis-sajf? – Loriana Mazzonello

Ikel tajjeb u temp sabiħ jgħaqqduna flimkien, il-BBQs fis-sajf huma ideali biex tqatta’ ħin mal-familja u l-ħbieb. Mill-aspett soċjali sal-gost tat-tisjir fil-beraħ, huwa mod divertenti u rilassanti, li jagħmilha tradizzjoni tas-sajf.

Madankollu, flimkien mal-ikel u l-gost jiġi univers sħiħ ta’ plastik, aċċessorji prodotti bil-massa u potenzjal għall-iskart, b’barbikjus li jintużaw darba u ikel imgeżwer bil-plastik.

Dawn huma xi modi sempliċi li tista’ tadotta/timplimenta biex tagħmel BBQ kemm jista’ jkun sostennibli.

  • Ixtri l-ikel tiegħek minn produtturi lokali u sostenibbli.

Hija ta tentazzjoni li tmur dritt fis-supermarket biex tixtri l-ikel tal-BBQ. Hekk, l-ispiża hija orħos peress li tista’ tixtri pakketti kbar ta’ burgers, zalzett u kull ħaġa oħra li tixtieq.

Iżda l-provenjenza u l-ippakkjar tal-ikel huma importanti ħafna, ikkunsidra minn fejn qed tixtri. Li tiekol lokali huwa dejjem aħjar għall-ambjent.

Jekk int tiekol il-laħam jew għandek mistednin li jieklu laħam, sib biċċier jew il-bejjiegħ tal-ħut lokali tiegħek. Ix-xiri mingħandhom iżomm negozju lokali jopera u jistgħu jagħtuk parir dwar x’inhu l-aktar frisk u sostenibbli.

  • Fittex ukoll qatgħat tal-laħam mhux komuni.

“Aktar ma tkun avventuruż bl-għażla tal-qatgħat tiegħek, aktar tgħin biex tiekol il-laħam b’mod sostenibbli,” jgħid John Pallagi, fundatur ta’ Farmison & Co.

Ikkunsidra l-porzjonijiet ukoll. Huwa faċli li taqbad tixtri ħafna ikel ‘għal li jista’ jkun’ imma affarijiet bħall-insalata u boroż kbar ta’ ħass jistgħu jispiċċaw jixxarrbu fil-friġġ, u l-plastik ma jkunx riċiklabbli.

Minflok ma tuża fojl għat-tisjir, aħseb dwar l-użu ta’ BBQ mesh u skewers tal-metall għall-kebabs, li jistgħu jintużaw is-sena kollha fil-kċina.

  • Sajjar ikel ibbażat fuq il-pjanti u inkludi għażliet mingħajr laħam.

Ibbilanċja l-affarijiet b’xi għażliet ibbażati fuq il-pjanti. Il-pjanti huma ferm inqas intensivi fil-klima mill-laħam: tofu, tempeh, seitan, faqqiegħ, jackfruit, ġewż, fażola, grains u legumi. Jistgħu jkunu grilled, (air-fried), u naturalment immarinati. Ikel bażiku bħal falafels, stir-fries, għaġin, sopop, insalati, u platti li jinkludu l-grain jistgħu faċilment isiru veġetarjani.

Illum il-ġurnata hawn ukoll għadd kbir ta’ burgers mingħajr laħam, inklużi patties iddisinjati biex jimitaw it-taħlita u t-togħma tal-laħam.

  • Investi f’BBQ u fjuwil tajjeb.

L-għażla tal-BBQ hija importanti wkoll. Huwa faċli li tixtri biss BBQ li tuża darba u tarmih. Evita dawn il-BBQs tal-fojl li jintużaw darba biss, li huma magħmula minn materjali ta’ kwalità baxxa u huma kważi impossibbli li jiġu riċiklati.

Investi f’xi ħaġa ta’ kwalità għolja bħal BBQ magħmul mil-metall li se jdum iservi għal żmien twil.

U xi ngħidu fuq il-faħam? Filwaqt li l-barbecues tal-faħam jagħtuk dik it-togħma distintiva tal-BBQ, il-faħam jirrilaxxa madwar tliet darbiet l-ammont ta’ gassijiet serra minn grills tal-gass.

Fuq is-suq issa hemm disponibbli faħam sostenibbli, bħal Cocoshell Briquettes, li huma magħmula minn qxur tal-ġewż tal-Indi (Coconut shells) kkompressati u jinħarqu sa tliet darbiet daqs il-faħam konvenzjonali. Dan inaqqas il-ħtieġa ta’ top-ups u l-ammont ta’ ħin li trid tistenna għal faħam ġodda biex jisħnu.

L-aħjar għażla għal dan iż-żmien hija BBQ tal-elettriku fuq barra, idealment imħaddem b’enerġija rinnovabbli.

  • Żomm l-għatu tal-grill magħluq.

Żomm l-għatu fuq il-grill tiegħek magħluq waqt li l-ikel tiegħek ikun qed isir sabiex kollox jissajjar aktar malajr u b’mod uniformi u tuża inqas fjuwil.

  • Evita ikel lest u ppakkjat minn qabel.

Filwaqt li s-sezzjoni tal-BBQ/ tal-laħmijiet immarinata minn qabel hija dejjem attraenti, dawn il-prodotti ħafna drabi jiġu fi plastiks riġidi li ma jistgħux jiġu riċiklati. Għaliex ma tippreparax il-burgers tiegħek int stess minflok?

  • Evita li tuża plastiks li jintużaw darba biss.

Platti, tazzi u frieket u skieken tal-plastik – il-BBQs jistgħu jkunu problema tal-plastik li jintuża darba biss. Dan is-sajf, żomm lura milli tużahom. Fittex materjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, bħall-injam. Ixtri xi skutelli u dak li għandek bżonn tal-bambu, il-bambu hija l-iktar pjanta fid-dinja li tikber b’rata mgħaġla. Kun żgur li tevita straws tal-plastik, u tagħżel srievet li jistgħu jerġgħu jintużaw minflok srievet tal-karti.

  • Evita l-ħela tal-ikel.

Naturalment, hija r-responsabbiltà tiegħek bħala l-ospitant li tiżgura li jkun hemm biżżejjed ikel għal kulħadd, imma tagħmilx iżżejjed. Ħu idea mingħand il-mistednin bil-quddiem biex ikollok ħjiel ta’ x’se jkun l-aktar popolari; jekk jiġri li jkollok eċċess ta’ ikel, ħalli n-nies jieħdu l-ikel id-dar f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw.

  • Ixtri għamara tal-ġnien diġà użata (second hand).

Ipprova fittex xi ħaġa diġà użata – aktar milli tixtri għamara li tużaha darba għas-sajf biss. Facebook Marketplace u Maltapark huma siti tajbin fejn tista’ ssib affarjiet użati li jkunu għadhom f’kundizzjoni tajba u li jistgħu jerġgħu jintużaw.

Jekk se tixtri xi ħaġa ġdida, evita l-plastik u kkunsidra materjali sostenibbli.

X’inhi ansjetà klimatika u x’nistgħu nagħmlu biex intaffuha? – Loriana Mazzonello

X’inhi ansjetà klimatika u x’nistgħu nagħmlu biex intaffuha? – Loriana Mazzonello

It-tibdil fil-klima huwa theddida għall-futur tal-pjaneta tagħna. Riżultat ta’ dan huwa li xi nies jistgħu jesperjenzaw effetti psikoloġiċi, fenomenu magħruf bħala eko-ansjetà jew ansjetà klimatika.

L-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Psikoloġija (American Psychology Association – APA) tiddefinixxi l-eko-ansjetà bħala “l-biża’ kronika ta’ katakliżmu ambjentali li ġej mill-osservazzjoni tal-impatt apparentement irrevokabbli tat-tibdil fil-klima u t-tħassib assoċjat għall-futur tiegħu u tal-ġenerazzjonijiet li jmiss”. Bħala riżultat, l-APA temmen li l-internalizzazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali ewlenin tad-dinja jista’ jkollha gradi differenti ta’ implikazzjonijiet psikoloġiċi serji f’xi nies.

L-ansjetà klimatika hija sens ta’ biża’, inkwiet jew tensjoni assoċjata mat-tibdil fil-klima. Xi nies jistgħu jkunu anzjużi dwar l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima u x’hemm fil-futur għad-dinja tagħna. Il-mewġ tas-sħana, in-nixfiet u l-għargħar saru karatteristika frekwenti fit-titli tal-aħbarijiet u l-feeds tal-midja soċjali tagħna. Bħala riżultat, ħafna nies żviluppaw it-terminu “ansjetà klimatika” biex jiddeskrivu l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima u l-impatt tagħha fuq is-saħħa mentali tagħna.

Li tieħu azzjoni personali tista’ tgħin biex ittaffi l-ansjetà, dawn huma ftit suġġerimenti:

  • Evita dawk l-affarijiet żgħar li jniġġsu, bħal li tħalli l-vit miftuħ jew tarmi ċ-chewing gum mal-art, għax anke l-iżgħar dettall jagħmel differenza.
  • Biex kemm jista’ jkun tikkonserva l-ambjent, ikkommetti ruħek għal konsum responsabbli u riċiklaġġ responsabbli. Naqqas ukoll l-użu tiegħek tal-plastik.
  • Impenja ruħek għal mobilità u ikel sostenibbli.
  • Oħloq attività sostenibbli bħal ġnien urban u plogging.

Filwaqt li l-kwistjoni attwali tal-COVID-19 se jkollha impatt konsiderevolment itwal fuq is-saħħa mentali tan-nies mill-pandemija nnifisha, id-dinja eventwalment se timxi lil hinn mill-fażi tal-koronavirus — iżda l-isfidi tat-tibdil fil-klima se jippersistu sew għal żmien twil.

Kont taf li t-tniġġis globali joqtol madwar 9 miljun ruħ kull sena?! – Loriana Mazzonello

Kont taf li t-tniġġis globali joqtol madwar 9 miljun ruħ kull sena?! – Loriana Mazzonello

Il-Kummissjoni Lancet, iddeterminat li t-tniġġis joqtol 9 miljun ruħ kull sena, bl-arja tossika tammonta għal madwar tliet kwarti ta’ dawn l-imwiet.

Skont dan l-istudju reċenti, l-imwiet mit-tniġġis tal-arja u t-tniġġis kimiku tossiku żdiedu b’66% fl-aħħar għoxrin sena, minħabba urbanizzazzjoni mhux ikkontrollata, tkabbir tal-popolazzjoni u dipendenza fuq il-fjuwils fossili.

Wara t-tniġġis tal-arja, it-tniġġis tal-ilma kien it-tieni kawża ewlenija tal-mewt fl-2019, b’1.36 miljun ruħ imutu qabel iż-żmien. Imbagħad it-tniġġis taċ-ċomb segwit minn “riskji tax-xogħol tossiċi.”

B’aktar minn 2.4 miljun u kważi 2.2 miljun mewt fis-sena, rispettivament, l-Indja u ċ-Ċina jinsabu fuq quddiem fid-dinja fil-mortalità tat-tniġġis. Madankollu, iż-żewġ pajjiżi għandhom ukoll l-akbar popolazzjonijiet fid-dinja.

L-analiżi tespandi fuq id-dejta mill-Istudju tal-Piż Globali tal-Mard, li fih ipparteċipaw riċerkaturi minn madwar id-dinja kollha bbażat fl-Istitut għall-Metriċi u l-Evalwazzjoni tas-Saħħa, li ġie rilaxxat fl-2015.

L-istudju sab li l-impatt fatali tat-tniġġis fuq id-dinja ma tjiebx fl-erba’ snin ta’ bejn dawn l-istudji, u jagħmilha l-fattur ta’ riskju ambjentali ewlieni għall-mard u l-imwiet prematuri.

“Filwaqt li n-nies jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm u l-kolesterol tagħhom, ftit jagħrfu li t-tneħħija tat-tniġġis tal-arja hija riċetta importanti biex itejbu s-saħħa tal-qalb tagħhom,” qal Dr.Renee Salas, Professur ta’ Harvard li ma kienx parti mill-istudju.

L-awturi tal-istudju ppreżentaw tmien rakkomandazzjonijiet biex titnaqqas il-mortalità relatata mat-tniġġis, u enfasizzaw il-ħtieġa għal monitoraġġ aħjar, rappurtar u mekkaniżmi tal-gvern li jirregolaw l-industrija u l-vetturi.

“Aħna assolutament nafu kif insolvu kull waħda minn dawk il-problemi,” qal il-ko-awtur tal-istudju Richard Fuller, “Dak li hu nieqes hija r-rieda politika.”

Mikroplastiks – X’inhuma? U fejn insibuhom? – Loriana Mazzonello

Mikroplastiks – X’inhuma? U fejn insibuhom? – Loriana Mazzonello

Il-mikroplastiks huma biċċiet żgħar tal-plastik inqas minn ħames millimetri. Dawn il-mikroplastiks instabu kullimkien, instabu fl-oċeani, fl-arja, fil-ħamrija, fl-ikel tagħna, fl-ilma tal-fliexken kif ukoll fl-ilma tal-vit. Instabu f’aktar minn 94% tal-ilma tal-vit fl-Istati Uniti u 72% fl-Ewropa, kif ukoll f’93% tal-ilma tal-fliexken madwar id-dinja.

Huwa stmat li tmien miljun tunnellata ta’ plastik jidħlu fl-oċeani tagħna kull sena. Il-mikroplastiks huma faċli biex jiġu diġeriti, minħabba d-daqs żgħir tagħhom, u issa huma s-suġġett ta’ reviżjoni tas-saħħa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Hemm żewġ tipi ta’ mikroplastiks: mikroplastiks primarji u mikroplastiks sekondarji. Il-mikroplastiks primarji jinkludu microfibers imxerrda minn ħwejjeġ u drappijiet oħra, bħal xbieki tas-sajd, kif ukoll partiċelli maħluqa għal skopijiet kummerċjali, bħall-kożmetiċi.

Il-mikroplastiks sekondarji huma partiċelli ffurmati meta oġġetti tal-plastik akbar, bħal fliexken tal-ilma, jiddegradaw. Din id-diżintegrazzjoni hija kkawżata minn espożizzjoni għal fatturi ambjentali, prinċipalment ir-radjazzjoni tax-xemx u l-mewġ tal-oċeani.

Il-kwistjoni bil-mikroplastiks hija li, bħall-plastiks kollha, ma jiddegradawx faċilment f’molekuli li ma jagħmlux ħsara. Il-plastik jista’ jieħu mijiet jew eluf ta’ snin biex jiddiżintegra, u sadanittant ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-mikroplastiks huma evidenti bħala frammenti żgħar tal-plastik ikkuluriti fir-ramel. Fl-oċeani, it-tniġġis mikroplastiku ħafna drabi jiġi kkunsmat mill-annimali tal-baħar.

Instabu mikroplastiks f’organiżmi tal-baħar li jvarjaw minn plankton sal-baleni, kif ukoll frott tal-baħar kummerċjali u ilma tax-xorb. Is-sistemi standard tat-trattament tal-ilma, b’mod allarmanti, ma jistgħux jeliminaw l-evidenza kollha tal-mikroplastiks. Il-mikroplastiks fl-oċean jistgħu jitħalltu ma’ komposti tossiċi oħra qabel ma jiġu kkunsmati minn ħlejjaq tal-baħar, u jikkomplikaw aktar is-sitwazzjoni.

L-evidenza xjentifika turi li l-mikroplastiks għandhom effetti negattivi fuq l-ekosistemi vulnerabbli (eż. sikek tal-qroll, ibħra fondi, reġjuni polari), il-bijodiversità (il-ħajja tal-baħar kollha mill-plankton sa mammiferi marittimi kbar) u s-saħħa tal-bniedem.

X’nistgħu nagħmlu? Modi sempliċi biex tevita l-mikroplastik fil-ħajja ta’ kuljum tiegħek:

  • Naqqas il-konsum tal-laħam u l-ħut.

M’hemmx għalfejn issir vegan iżda wieħed jista’ jikkunsidra li jmur għal dieta flexitarian fl-għażla tal-ikel tiegħu. Mhux l-ewwel darba li rajna xi stampa ta’ ħuta maqsuma min-nofs bl-istonku mimli plastik li tkun belgħet maż-żmien, dan iġiegħlna naħsbu li dak li jieklu huma nieklu aħna. Iktar ma t-tniġġis tal-plastik fl-oċean jiżdied, iktar is-sitwazzjoni tiggrava. Hemm evidenza li tissuġerixxi li l-mikroplastiks u n-nanoplastik jistgħu jiċċaqalqu mill-istonku tal-ħut għat-tessut tal-muskoli tagħhom, li huwa dak li l-bnedmin tipikament jieklu.

Li nevitaw il-frott tal-baħar huwa pass importanti biex nillimitaw il-mikroplastiks li nibilgħu. Il-bidla għal dieta vegana tnaqqas ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u tagħmilha waħda mill-aktar għażliet ta’ stil ta’ ħajja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Irkaptu tas-sajd abbandunat bħal xbieki u ħbula, imsejjaħ “ghost fishing gear” jammonta għal madwar 10% tal-iskart kollu fl-oċean, għalhekk l-evitar tal-ħut iżomm il-plastik barra mill-oċean kif ukoll minn ġisimna.

  • Issaħħanx l-ikel fil-kontenituri tal-plastik fil-microwave.

Wieħed isibha iktar faċli meta jsaħħan il-fdalijiet tal-ikel jew ikel tat-take out direttament mill-konenitur, iżda il-BPA u phthalates miżjuda mal-plastik inixxi ħafna aktar faċilment meta msaħħna. Dawn jinkludu plastik tat-Tupperware, għotjien, kaxxi tat-take-away u l-ikel iffriżzat li jissaħħan direttament mill-pakkett. Minflok ittrasferixxi l-ikel għal kontenitur tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika.

  • Tużax tazzi tat-takeaway.

Tazzi tat-takeaway tal-karti wkoll jirrilaxxaw mikroplastiks meta jkunu esposti għal likwidi sħan. Dan ifisser li t-tazza tal-kafè sħuna ta’ filgħodu tiegħek meħuda f’tazza li tintrema qed iżżid mal-konsum personali tal-mikroplastik tiegħek.
Investi f’tazza tal-kafè li tista’ terġa’ tintuża magħmula mill-istainless steel jew mill-ħġieġ biex tużaha fil-ħanut tal-kafè favorit tiegħek. Li wieħed jieħu il-magg tiegħu stess inaqqas l-iskart ukoll.

  • Ixtri kożmetiċi mingħajr plastik.

Prodotti tal-kura personali ħafna drabi jinkludu komponenti tal-plastik. Lozjonijiet u kremi tal-ġilda, pereżempju, spiss jinkludu plastik biex jippromwovu l-assorbiment. Ħafna minn dawn il-prodotti jiġu wkoll f’kontenituri żgħar tal-plastik li huma diffiċli biex jiġu riċiklati u ħafna drabi jintremew b’mod li jagħmel ħsara.

Minflok, agħżel prodotti naturali b’alternattivi bijodegradabbli jew għażliet mingħajr plastik.

  • Uża l-weraq tat-te minflok il-boroż tat-te.

Il-biċċa l-kbira tal-boroż tat-te huma magħmula minn bejn wieħed u ieħor 25% tal-plastik, u anke dawk li huma mmarkati bħala karta huma ġeneralment imwaħħlin flimkien bil-polypropylene, li huwa tip ta’ plastik.

Ipprova ssostitwixxi l-boroż tat-te, bil-weraq tat-te, jew uża boroż tat-te li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew.

  • Farfar u uża l-hoover regolarment.

Minħabba li dawn il-frammenti ċkejkna tal-plastik huma tant mikroskopiċi, jitħalltu fit-trab taħt is-sodod tagħna, fil-kantunieri ta’ djarna, u fl-arja. It-tfarfir u l-vacuuming fuq bażi regolari jistgħu jgħinu biex nipprevjenu milli niġbduhom man-nifs tagħna. (Idealment meta tuża l-vaccum wieħed għandu juża filtru tal-HEPA).

  • Ixtri ħwejjeġ magħmula minn materjali naturali.

Huwa tajjeb li nibdew naħsbu b’aktar reqqa dwar il-ħwejjeġ li nixtru. Minflok ma tagħżel ħwejjeġ ibbażati fuq il-plastik, fittex ditti li jutilizzaw biss materjali naturali bħall-qoton, il-ħarir, is-suf, il-qanneb u l-għażel. B’dan il-mod ir-riskju tat-tniġġis mikroplastiku jinżel ħafna.

  • Ixtri filtru tal-ilma, u waqqaf l-użu tal-ilma fil-fliexken

  • Uża t-trasport pubbliku.

Il-mikroplastik jinsab ukoll fit-tajers tal-karozzi. Il-frizzjoni mit-triq tikkawża t-tajers li jkissru u jitfgħu partiċelli tal-plastik, li mbagħad jakkumulaw fl-arja.

Kont taf li t-tibdil fil-klima jżid ir-riskju ta’ mard infettiv? – Loriana Mazzonello

Kont taf li t-tibdil fil-klima jżid ir-riskju ta’ mard infettiv? – Loriana Mazzonello

Skont studju ġdid ippubblikat f’Nature, minħabba t-tibdil fil-klima, sal-2070, eluf ta’ viruses ġodda se jinfirxu fost speċi ta’ annimali. Dan x’aktarx iżid ir-riskju li mard infettiv emerġenti jaqbeż mill-annimali għall-bnedmin.

Ix-xjentisti ilhom ibassru u jwissu li t-tisħin globali jista’ jżid il-piż u l-konsegwenzi tal-mard.

Pereżempju, il-malarja hija mbassra li tinfirex hekk kif in-nemus li jġorru l-marda jespandu l-firxa tagħhom fi klimi aktar sħan. Iżda, billi l-infezzjonijiet jitħallew jinfirxu fi speċi organiżmi ġodda, it-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal mard totalment ġdid.

Dan l-istudju jiffoka fuq żewġ kriżijiet ewlenin – it-tibdil fil-klima u t-tixrid ta’ mard infettiv. Ir-riċerkaturi ta’ dan l-istudju, użaw mudell biex iħarsu lejn kif aktar minn 3,000 speċi ta’ mammiferi jemigraw u jaqsmu l-viruses matul il-50 sena li ġejjin, jekk il-pjaneta tisħon b’2 gradi Celsius, li kif tissuġġerixxi riċerka riċenti x’aktarx huwa possibbli. Huma skoprew li t-tixrid tal-virus bejn l-ispeċi se jseħħ aktar minn 4,000 darba fost il-mammiferi biss.

Hekk kif it-temperaturi jogħlew, ħafna speċijiet huma mbassra li jemigraw lil hinn mill-Ekwatur, li jkun qed jisreġ, biex ifittxu klimi aktar friski. Oħrajn jistgħu jfittxu altitudnijiet aktar friski billi jitilgħu l-ġnub ta’ għoljiet u muntanji. Meta speċi differenti jiġu f’kuntatt għall-ewwel darba, il-viruses jistgħu jkunu kapaċi jinfettaw organiżmi ġodda.

Skont ir-riċerkaturi, mhux il-viruses kollha se jinfirxu għall-bnedmin jew isiru pandemiji fuq il-livell tal-koronavirus, iżda n-numru ta’ viruses bejn l-ispeċi jżid il-probabbiltà ta’ infezzjoni umana.

“Ma nitkellmux ħafna dwar il-klima fil-kuntest taż-żoonożi” – mard li jista’ jinfirex minn annimali għal nies, qal il-ko-awtur tal-istudju Colin Carlson. “L-istudju tagħna… jiġbor flimkien iż-żewġ kriżijiet globali l-aktar urġenti li għandna.”

Gregory Albery, wieħed mill-awturi ta’ dan l-istudju, qal li minħabba li l-emerġenza ta’ mard infettiv ikkawżat mit-tibdil fil-klima, li x’aktarx diġà qed isseħħ, jemmen li d-dinja għandha tagħmel aktar biex titgħallem dwar dan u tipprepara għalih “Ma jistax jiġi evitat, anke fl-aħjar xenarji tat-tibdil fil-klima,” qal Albery.

L-impatti relatati mal-klima jistgħu jibdew ħafna qabel l-2070. Fl-aħħar mill-aħħar, id-dinja diġà hija 1.1 gradi aktar sħuna milli kienet fis-seklu dsatax. Dr Carlson iddikjara, “L-ammont ta’ tisħin li kellna kien biżżejjed biex nibdew.”

Enable Notifications OK No thanks