Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Karmenu Mifsud Bonnici.
Huwa kien Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1984 u l-1987.
In-neputija tiegħu Paula Mifsud Bonnici sellmet liz-ziju tagħha.
“Strieħ fi sliem Ziju Karm. Inti kont ziju mill-aqwa għalina lkoll. Se nħossu s-sens umoristiku tiegħek, il-ġentilezza tiegħek u l-umiltà tiegħek. Inti miet fil-paċi mdawar mill-familja tiegħek. Se nħobbuk għal dejjem.”
Doris u Mario, koppja li malli tarahom juruk l-imħabba li għandhom lejn xulxin.
Mario jgħix bil-Parkinson’s. Filli kien jagħmel kollox id-dar u issa ma għadux jista’. Madankollu Doris tappoġġjah. Fejn qabel kien jikteb, issa tgħinu jikteb. Fejn qabel kien jitkellem, tgħinu meta jiġi biex titkellem.
Qalb Doris ingħafset meta ġie l-mument li ma jibqgħux jorqdu flimkien. Minħabba l-Parkison’s Mario jitqalleb u jagħti matul illejl u beża’ li jweġġagħha. Għalhekk illum jorqdu f’kmamar separati. Madankollu filgħaxija tiġi tgħattih.
Illum Mario u Doris imorru Step Up for Parkinson’s fejn b’dawn l-moviment jgħinu lil Mario fit-tbatijiet li ġġib magħha l-Parkinson’s fuq il-ġisem.
Il-ħolma ta’ Mario u Doris hi li jinfetaħ ċentru attrazzat għall-persuni li jgħixu bil-Parkinson’s biex jingħaw il-kura li għandhom bżonn.
Inti din il-ħolma tista’ tagħmilha realtà billi ċċempel għada waqt il-maratona li se tittella’ minn 12:00pm sa 12:00 fuq One TV, Net TV u F Living.
Fil-ġimgħat li għaddew diversi personalitajiet dehru fuq il-paġna ta’ Xarabank jgħidu, “Mad-Daqqa Niżfnu, nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru”.
Fost dawn il-personalitajiet kien hemm Danita Camilleri, Ben Camille, Destiny, Ludwig Galea, Lawrence Grey, Fabrizio Faniello, fost ħafna personalitajiet oħra.
Però spikkaw ukoll 3 filmati, ta’ Mark Laurence u Amber, ta’ Danusan, u ta’ Ġorġ tad-Donuts u Tiziana, li kollha kemm huma spiċċaw bil-frażi, Mad-Daqqa Niżfnu.
Dawn il-filmati qanqlu ħafna kurżità. Kien min saħansitra li ħaseb li se jittella’ programm ġdid bl-isem ta’ Mad-Daqqa Niżfnu.
Illum Xarabank żvela x’se jiġri dakinhar. B’filmat, lejn l-aħħar tiegħu Peppi Azzopardi jiżvela l-ħsieb wara l-islogan Mad-Daqqa Niżfnu. Il-Parkinson’s hija daqqa, u niżfnu għaliex waħda mit-terapiji li jieħdu n-nies li jgħixu bil-Parkinson’shuwa ż-żfin. Għalhekk fil-5 ta’ Novembru se tittella’ maratona, fuq l-istazzjonijiet kollha, bejn nofsinhar u nofsillejl, b’risq Step Up for Parkinson’s, bil-għan li bil-flus li jinġabru, jinfetaħ ċentru li jkun one stop shop, biex fih nies li jgħixu bil-parkinson’s jingħataw servizzi meħtieġa għal min jgħix b’din il-kundizzjoni.
Marie Claire Lombardi, mara ta’ 45 sena, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku lbieraħ fir-Rabat.
Hija sofriet ġrieħi serji mal-impatt li kellha meta taret minn fuq il-mutur.
Bost sellmu l-memorja tagħha, fosthom Gino Lombardi, li kiteb hekk:
Kif kellek tħallina Marie Claire, illum qomna biex niffaċċjaw ir-realta’ li inti m’għadekx magħna. Għaddejt lejl nipprova nemmen li din hija biss ħolma kerha. Kulħadd iħobbok għax it-tbissima ta’ wiċċek kienet timla l-post li tidħol fih bil-ferħ.
Nitlob lill-Mulej isabbar lill għażiż ħija, li ħadd daqsu ma jista’ jħoss in-nuqqas tiegħek. Issa gawdi ‘l Alla li tant kont tħobb.
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies.
This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these cookies, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may have an effect on your browsing experience.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. This category only includes cookies that ensures basic functionalities and security features of the website. These cookies do not store any personal information.
Any cookies that may not be particularly necessary for the website to function and is used specifically to collect user personal data via analytics, ads, other embedded contents are termed as non-necessary cookies. It is mandatory to procure user consent prior to running these cookies on your website.